Jingħalqu l-bibien għal Simon Busuttil
Mawra ta' Busuttil ħallietu b'xiber imnieħer hekk kif ħafna Nazzjonalisti għalqulu biebhom
More in Politika
Mawra ta' Busuttil ħallietu b'xiber imnieħer hekk kif ħafna Nazzjonalisti għalqulu biebhom
Ġimagħtejn ilu l-kap tal-Oppożizzjoni żar il-kumpless Il Gozitano f’Għawdex fejn hemmhekk żar xi ażjendi ta’ ikel u xorb artiġġjanali li jsir f’Għawdex mill-Għawdxin.
Iżda kien innutat li dan ma żarx il-fabbriki kollha ta’ dan il-kumpless fejn kien hemm minnhom li kienu magħluqa meta s-soltu dejjem ikunu miftuħin u oħrajn li skont sorsi qalulna li ma stednuhx.
Minn sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalulna li dawk li ma fetħux il-bibien għal Kap tal-Oppożizzjoni kienu eks Nazzjonalisti li ħassuhom imweġġgħin mill-partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.
Fattur ieħor li kien hemm min ikkumenta fuqu kien kif Simon Busuttil dar dawn il-postijiet akkumpanjat mill-eks Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono li ddikjarat li mhux se tikkontesta iżjed l-elezzjonijiet mal-PN. Kien hemm min ikkummenta li l-fatt li l-PN tilef Għawdex meta kellu lil Giovanna Debono ministru għal Għawdex ma ngħatax dehra ta’ partit mibdul meta l-eks ministru għal Għawdex akkumpanjat lil Kap il-ġdid tal-Partit.
Giovanna Debono dehret tmexxi lil Kevin Cutajar li hu nieqes mid-dawl u dan il-fatt donnu taha x’wieħed jifhem li Debono se taħdem biex il-voti tagħha jduru għal dan il-kandidat mix-Xagħra li fl-elezzjoni li għaddiet kien mar tajjeb ħafna.
Mal-Kap tal-Oppożizzjoni kien hemm ukoll id-deputat parlamentari Frederick Azzopardi li wkoll ħabbar li mhux se jikkontesta iżjed.
Preżenti kien hemm ukoll Ryan Mercieca l-kandidat ġdid żagħżugħ u kien hemm min skanta kif is-segretarju Ġenerali, l-Għawdxi Chris Said ma kienx preżenti.