Ir-referendum għal pont jew mina ma jridx ikun għall-Għawdxin biss
Fuq Facebook tiegħu u fuq Radio 101, Ryan Mercieca jgħid li mhux jingħad kollox dwar il-link permanenti

More in Politika
Fuq Facebook tiegħu u fuq Radio 101, Ryan Mercieca jgħid li mhux jingħad kollox dwar il-link permanenti
"L-issue tal-link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer għandha tiġi diskussa b’mod onest u lil hinn mill-politika partiġġjana. Bl-istess mod ta kif giet diskussa l-issue tal-Unjoni Ewropea. Jekk naslu biex ikollna referendum dan għandu jsir fuq livell nazzjonali, dan għaliex huwa proġett li jolqot lilna lkoll, kemm Maltin u Għawdxin." hekk kiteb iż-żagħżugħ Kandidat Għawdxi għal Pn, Ryan Mercieca li meta tkellimna miegħu qalilna li hu jixtieq li jekk dan se jiġi diskuss għandu jiġi diskuss ukoll kemm l-Għawdxi irid iħallas bie xjaqsam minn fuq bridge jew mina, "għax s'issa dan id-diskors donnu inħeba".
Video is unavailable at this time.
Ryan Mercieca hu l-eks president tal-Għaqda Universitarji Għawdxin, GUG, u issa huwa wieħed mill-kandidati għall-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li jmiss.