Simon Busuttil diżonest u manipulattiv - PL

Stqarrija tal-PL tgħid li Busuttil kellu f'idejh l-informazzjoni kollha u għażel li jneħħi dak li ma qabillux

Stqarrija tal-Partit laburista tgħid hekk:

Il-Kap tal-Oppożizzjoni mhux kredibbli li wara li ħareġ quddiem il-mezzi tax-xandir b’recordings immanipulati u selettivi, issa jgħid li dawk kienu “biċċa recording.”

Mit-transcripts li ppubblika hu stess, joħroġ ċar li Simon Busuttil kellu f'idejh l-informazzjoni kollha, imma għażel li jneħħi biċċiet li ma jaqblux lilu.

Simon Busuttil inqabad bħala Kap diżonest u manipulattiv u llum kien isteriku biex jiġġustifika lilu nniffsu.

Ladarba l-Kap tal-Oppożizzjoni mmanipula recordings li ppubblika hu stess, u issa nqabad li ħalla partijiet kruċjali barra mir-recordings, għandu jerfa’ responsabbilta’.

Jekk ma kellux kollox u ħareġ b’konklużjoni, allura juri li għandna Kap tal-Oppożizzjoni dilettantesk, li jiġbed il-konklużjonijiet fuq nofs veritajiet.

Issa wara li nqabad b'dan kollu, flok mar jindirizza lill-media kif għamel kuljum għal dawn l-aħħar ħmistax, illum mar jitkellem ma' ġurnalist tiegħu fuq ir-radio, fejn infexx f'attakk fuq kulħadd, mill-mezzi tax-xandir sa persuni individwali.

 

More in Politika