[ISIMGĦU] L-aħħar żewġ recordings li ħarġu mill-PN

Il-PN toħroġ żewġ telefonati oħra magħmula minn Paul Sheehan lil control room tal-pulizija

F'żewġ recordings oħra li ħarġu mill-midja Nazzjonalista dwar Paul Sheehan u t-telefonati lejn il-kamra tal-kontroll tal-pulizija fejn Sheehan beda jitlob ripetutament biex ikellem lil Manwel Mallia li dak il-ħin kien qed jattendi funzjoni soċjali fil-kwartieri tal-pulizija.

Il-Pn ħarġu it-tielet u anke r-raba telefonata fejn Sheehan instema jgħid lil xi ħadd biex jisstartjaw il-karrozza għax fiha l-bullets ukoll.

Hawn taħt hawn l-aħħar żewġ recordings li ħarġu mill-midja tal-PN

It-transkritt tat-tielet telefonata

PC Sheehan: Hello

Control Room: Zomm il-linja ha nghaddik mal-Pulizija

PC Sheehan: Ej, ej hawn smajthom ghaddejjin taht il-mina

Control Room: Ghalhekk ha nghaddik maghhom ibqa’ fuq il-linja…ghaddejtek. Min inti inti?

PC Sheehan: 533 ix-xufier tal-Ministru Mallia

Control Room: 533, zomm wahda l-linja

Dial tone waqt li l- Control Room jikkonettja lil  Sheehan mal-RIU

PC Sheehan: Ara ma tqumx...ara ma tqumx ghax fuqek nahlih

PO: Hello? Hello? Ghidli, hello

jinstemgħu s-sireni 

PC Sheehan: Hawn...taht il-mini. Sparajt fuq il-...sparajt fuqu jien diga’

PO: Inti min inti?

PC Sheehan: il-533, ix-xufier tal-Ministru Mallia.

PO: Fejn qedghin intom?

PC Sheehan: Hawn, waslu waslu tal-RIU

PO: Fejn  qedghin?

PC Sheehan: Issa jekk tistghu qabduni mal-Ministru, qieghed id-depot il-ministru

PO: Fejn qedghin intom?

PC Sheehan: Taht il-mini ta’ Santa Venera

PO: Taht il-mini ta’ Santa Venera. Suq.

PC Sheehan: Regional Road...fejn il-Madonna, gejjin lejn il-Marsa

PO: Regional Road, fejn il-Madonna, fejn il-Marsa

PC Sheehan: Inzlu, inzlu minn hemm. Ghidilhom jieqfu hemm [Sheehan speaking to RIU units who have just arrived]

PO: Gejjin hdejk. Hemm xi units minn taghna waslu?

PC Sheehan: Iva

Automated voice: It-telefonata qedgha on hold

 

Transkritt tar-raba telefonata

Waqt li qed jistenna li l-control room jaqbdu t-telephone, Sheehan jinstema jitkellem ma' diversi nies li jista jkun li huma membri tal-RIU li kienu għadhom kif waslu fuq il-post.

PC Sheehan: Ara, hares dan faqghali l-karozza tal-ministru u kelli t-tifla. Sparajt giex tiri fuqu ghax harabli...le imma biex tkunu tafu.

Jinstemgħu ilħna fil-madwar

PC Sheehan: E hawn fejn il-bieb tal-Gzira, hawn fejn il-bir - Startjahieli naqa ghax fiha anke l-bullets. Ghax bhalissa hekk qieghed.

Control Room: Glenn?

PC Sheehan: Hello?

Control Room: Glenn?

PC Sheehan: Le hi, 533 jien

Control Room: 533...il-pulizija?

PC Sheehan: Iva

Control Room: Mela, zomm l-linja ha nghaddik wahda mal-pulizija tal-RIU li gej fuq il-post. Zomm il-linja

PC Sheehan: Hawnhekk hawn tal-RIU diga

Control Room: Min hemm hdejk? Nista’ nkun naf min hemm hdejk?

PC Sheehan: Mela, 1359

Control Room: il-1359?

PC Sheehan: Issa jien jekk jista jkun hemm il-Ministru d-Depot

Control Room: Ehe

PC Sheehan: Irrid ninfurmah x’gara u ma garax ghax dak kelli t-tifla tieghu mieghi

Control Room: Ahna ma nafux x’gara u ma garax ezatti...ahna bghatna l-pulizija

PC Sheehan: Tini cans. Dan faqaghli l-karozza tal-ministru

Control Room: Faqaghlek il-karozza tal-ministru dar-ragel

PC Sheehan: Iva. Orrajt. Harabli

Control Room: Ehe

PC Sheehan: U sparajt giex tiri

Control Room: Inti?

PC Sheehan: Ehe, ghax harabli

Control Room: Orrajt. Jigifieri fuq il-karozza tal-ministru spara dan?

PC Sheehan: Iv...Le, jien sparajt fuqu

Control Room: Le, hu habatlek gol-karozza tal-ministru, baqa diehel go fiha. Apposta jigifieri dan?

PC Sheehan: Heq heq baqa’ sejjer ... harabli nahseb fis-sakra mejjet kien dan

Control Room: Imbaghad sakemm qbadtu inti?

PC Sheehan: Heq grejt warajh bil-karozza tal-ministru

Control Room: Orrajt, fhimtek kollox sew. Iddealja wahda ma’ tal-RIU ha nghaddi kollox lis-surgenta

PC Sheehan: Orrajt, hares jekk tista qabduni mal-ministru biss lili, qieghed hemmhekk il-ministru

Control Room: Issa nergghu incemplulek aktar tard filkas, orrajt, jew cempel iktar tard int minn naha tieghek. Ikkalma naqra, orrajt hi? Ok caw caw

More in Politika