Kuntenti li Għawdex se jkun pubbliċizzat bħala destinazzjoni unika

Il-GUG kuntenti bil-vot ta' €227,000 għal pubbliċita ta' Għawdex

L-Għaqda Universitari Għawdxin (GUG) jemmnu li Għawdex se jgawdi mill-proġett ta' promozzjoni li hu propost mill-Gvern.

Proġett li se jkun jiswa €227,000 li biha Għawdex se jiġi promozzjonat bħala destinazzjoni għalih u mhux destinazzjoni anċillari ma' Malta.

Dan għandu jgħin bie xjinħoloq aktar xogħol f'Għawdex u stabbilita. Il-gżira ta' Għawdex qed tħares bil-quddiem li tiġi pubbliċizzata internazzjonalment u b'hekk tkabbar l-viżibilita bħala attrazzjoni turistika filwaqt li żżomm il-ġmiel naturali tagħha. Dan żgur li għandu jgħin biex in-numru ta' turisti lejn il-gżira jiżdied.

GUG dejjem emmnu li t-triq il-quddiem għġal Għawdex dejjem kienet li Għawdex irid ikun proġettat u pubbliċizzat bħala gżira mimlija potenzjal u possibilitajiet aktar milli gżira li s-sabiħ tagħha hu l-kwiet innifsu.

 

 

More in Politika