Ġie ffirmat il-kuntratt bejn Enemalta u Shangai Electric

Dan il-kuntratt ifisser li l-kumpanija Ċiniża se tibda topera l-impjant tal-BWSC

Il-Ministru tal-enerġija llum ifirma l-kuntratt bejn l-EneMalta u x-Shangai Electric fejn din il-kumpanija Ċiniża se tibda tmexxi l-impjant tal-BWSC ta' Delimara wara injezzjoni kapitali ta' €320 miljun.

Konrad Mizzi qal li dan hu l-akbar investiment li qatt sar f'Malta fejn dan il-ftehim ifisser li €250 miljun se jaslu Malta dis-sena: €100 miljun direttament fl-Enemalta u €150 miljun fl-impjant numru 3 ta' Delimara. #70 miljun oħra jkunu investiti s-sena li ġejja biex l-impjant jaqleb miż-żejt għal gass.

Il_Prim Ministru qal li Malta issa dawret sfida f'opportunita u kienet xi ħaġa sabiħa li kuntratt bħal dan jiġi iffirmat lejlet il-festa ta' Malta Repubblika. "Lil ħaddiema u lill-familji tal-EneMalta ngħidilhom li mhux talli salvajnilhom l-impjieg tagħhom iżda se jinfetħu opportunitajiet ġodda għalihom. Dan hu biss il-bidu." qal Muscat.

Iċ-Ċerman tal-SEP Yundan Wang qal li dan mhux biss hu l-ewwel pass tagħhom fl-ewropa iżda wiegħed aktar investiment fil-futur. Hu għalaq id-diskors tiegħu b'"Merry Christmas"

Mizzi qal li l-prezz hu ffissat għal 5 snin u SEP se jibdew jixtru l-gass minn ElectroGas. Skont it-timeframes li ta Konrad Mizzi, malta se tibda tuża l-elettriku mill-gass sa Ġunju 2016.


 

More in Politika