Anton Attard tefa' r-riżenja tiegħu u jien irrifjutajtha - Owen Bonnici

Lanqas biss ħallieh jitlef il-ħin jiktibha

ritratt Chris Mangion
ritratt Chris Mangion

Il-Ministru l-ġdid tax-xandir pubbliku, il-PBS, Owen Bonnici f’intervista li ta lil din il-gazzetta żvela li malli nħatar ministru, il-bord tal-PBS qallu li se jitfa’ r-riżenja tiegħu għax dik kienet l-etika. “Iżda barra l-bord tal-PBS anke il-Kap Eżekuttiv, Anton Attard tefa’ r-riżenja tiegħu, anke jekk l-etika ma kinitx titlob hekk mingħandu,” qalilna Owen Bonnici. Mistoqsi jekk aċċettax ir-riżenji tagħhom il-Ministru Bonnici qal, “Lanqas biss ħallejthom jiktbuha. Għidtilhom ‘taħlux ħin tiktbu riżenji għax se nirrifjutahom. Tlabthom biex dak il-ħin jużawh għax-xogħol li ried ikompli jsir.”

Waħda mill-istatus li qed jinkiteb minn 'suldati tal-azzar' imweġġa
Waħda mill-istatus li qed jinkiteb minn 'suldati tal-azzar' imweġġa

B’hekk Owen Bonnici kkonferma li l-bord kollu kemm hu u l-Kap Eżekuttiv Anton Attard huma konfermati għal darb’oħra. Mitlub jikkummenta dwar dak li qed jinkiteb fuq siti soċjali dwar partitarji u ‘suldati tal-azzar’ Laburisti li jridu kinsa fil-PBS, Owen Bonnici qal li n-nies ma tistax tqabbilhom ma’ dak li tiknes l-ixkupa.

 

More in Politika