Il-Ministru ghall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, u l-Ministru tal-Energija tal-Azerbaijan, Natiq Aliyev, iffirmaw Memorandum of Understanding dwar koperazzjoni strateġika fil-qasam talenerġija.
Dan il-ftehim jittratta kollaborazzjoni fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass, il-kummerċ u distribuzzjoni ta' Petroleum, trading ta' energy commodities fil-Meditteran, possibiltajiet ta' infrastruttura ġdida, u servizzi innovattivi tal-LNG fost l-oħrajn.
Il-ftehim mistenni jwassal biex pajjiżna jikkopera ma' wieħed mill-ikbar ċentri tal-enerġija biex inkomplu niżvilupaw is-sisien għal hub reġjonali tal-energija f'pajjiżna.
L-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim se jsir mill-kumpanija tal-Enerġija tal-Azerbaijan SOCAR, kif ukoll minn project teams Maltin tal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa skont ilproġetti speċifiċi u konkreti li se jsiru bejn iż-żewġ naħat.
Il-ftehim kien presedut mill-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat, u l-Prim Ministru tal-Azerbaijan, Artur Rasi-zade.