Malta bl-ogħla żieda fil-pagi fl-Ewropa
Skont stħarriġ mill-Eurostat
More in Politika
Skont stħarriġ mill-Eurostat
Il-gvern innota llum li skont stħarriġ tal-Eurostat, l-paga medja f’Malta l-aktar li għoliet fl-ewropa kollha matul it-tielet kwart tas-sena.
Il-paga medja f’Malta kibret bi 2.1% meta l-inflazzjoni kienet ta’ .4% inqas.
Iż-żieda fil-pagi f’Malta kompliet tisboq sewwa dik reġistrata fil-bqija tal-Unjoni Ewropea qal il-Gvern. Matul it-tielet kwart tal-2014, il-paga medja fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea żdiedet b’1.4% kontra t-2.1% f’Malta. Iż-żieda li gawdew minnha l-ħaddiema Maltin kienet il-ħames l-ogħla fost il-pajjiżi taż-żona ewro.
L-akbar żieda fil-paga medja kienet fil-kostruzzjoni, fejn il-Eurostat osservat tkabbir ta’ 4.4%. Kien hemm ukoll żieda żgħira fil-paga medja fil-manifattura, settur fejn il-pagi kienu naqsu matul it-tnax-il xahar ta’ qabel.
L-istatistika tal-Eurostat tikkonferma li, fl-aħħar tnax-il xahar, iż-żieda fil-paga medja f’Malta laħqet it-2.3% li hija ferm ogħla mill-inflazzjoni matul dan il-perjodu. Dan ir-riżultat iġib fix-xejn l-argument negattiv tal-Oppożizzjoni li bħalissa hawn għafsa fil-pagi u l-ħaddiema qed jispiċċaw b’anqas flus fil-but żied il-Gven.
The National Statistics Office said the main upward impacts were recorded in the