Ġarrejna r-responsabilita tal-imwiet tal-immigranti billi tlifna l-elezzjoni - Busuttil

Busuttil qal li l-poplu diġa ġġudika lil partit fl-aħħar elezzjoni

Il-kap tal-oppożizzjoni kien qed jitkellem dwar il-każ tal-immigrant maqtul mis-sigurta wara li ħareġ ir-rapport tal-inkjesta Valenzia, fejn qal li l-partit aħllas il-prezz ta’ dan kollu.

“Nemmen li l-poplu ġġudika lil gvern preċedenti u jien żgur li l-mewt tal-immigranti lagħbu parti kbira fil-ġudizzju tal-poplu. Carm Mifsud Bonnici m’għadux ministru allura ma nistgħux ineħħuh anzi hu kien diġa ġie mneħħi mill-kabinett mill-parlament meta kien sar ir-rapport.”

Busuttil qal li l-amistrazzjoni ta’ qabel ordnat li jsiru żewġ rapporti iżda dak ta’ Kamara biss ħareġ pubbliku. Hu staqsa għaliex dan ir-rapport ħareġ issa meta kien ilu għandu sentejn?

“Anke jekk għall-argument l-gvern preċedenti kien żbaljat fil-każ, xorta ma jagħmilx sens għaliex Muscat ħallih moħbi għal sentejn sħaħ.” Qal Busuttil.

More in Politika