Busuttil ser jispiċċa s-sena eżatt kif bdiha : Negattiv - PL
Il-Partit laburista analizza lil kpa tal-oppożizzjoni f'din l-istqarrija
More in Politika
Il-Partit laburista analizza lil kpa tal-oppożizzjoni f'din l-istqarrija
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ser jispiċċa din is-sena eżatt kif bdiha, billi jkun distruttiv u negattiv. Din in-negattività hija sintomatika ta’ Kap ta’ Partit li m’għandux kontroll tal-Partit tiegħu stess, fejn l-elementi l-aktar estremisti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista ħadu r-riedni f’idejhom u dan rajnih f’bosta okkazzjonijiet matul din is-sena.
Matul din is-sena rajna l-Busuttil jitkellem fuq ir-roħs tal-Kontijiet tad-dawl u l-ilma li filli jgħid li ma jistgħux isiru u filli jgħid li huwa tajjeb li raħsu, rajna lil Busuttil jitkellem fuq il-bail-out, liema bail-out mhux talli ma wasalx, talli llum għandna waħda mill-ikbar rati ta’ tkabbir ekonomiku meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra Ewropej. Rajna lill-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem fuq mezzi tal-Komunikazzjoni barranin biex jipprova jagħmel ħsara lill-pajjiżna, iżda l-Programm ta’ Ċittadinanza b’investiment, mhux biss kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea iżda ser jgħin lill-pajjiżna jikber aktar.
Busuttil tkellem fuq il-qgħad liema qgħad kellu jlaħħq it-8,000 ruħ, iżda llum pajjiżna għandu l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja. Matul din is-sena tkellem ħafna fuq politika onesta, iżda huwa stess huwa kollox barra onest. Rajnih b’double standards fil-każ ta’ George Pullicno li mhux biss iddenfendih iżda ppreġudika l-każ tas-Solar Panels u l-feed in tariff li tħallset meta qal li huwa innoċenti, fuq kollox ried lil Prim Ministru jgħaġġel fuq il-każ tal-Isparatura iżda llum ma jridx jgħid x’passi ser jieħu fil-konfront tal-eks-Ministru Carm Mifsud Bonniċi fuq każ ta’ qtil ta’ bniedem.
Rajna lill-Kap Nazzjonalista li jwaqqaf fond għall-drittijiet indaqs fi ħdan il-Partit tiegħu, iżda astjena fuq il-vot dwar l-Unjoni Ċivili, agħar min hekk għadu jistaqsi sal-llum jekk il-Partit tiegħu għandux ikollu l-kuraġġ li jaċċetta lill-persuni omosesswali fi ħdanu. Rajna wkoll lil Simon Busuttil insensittiv fuq il-każ tal-konkrit tal-isptar Mater Dei rajnih jitkellem fuq il-prezzijiet tal-fjuwil meta kien qed jikkwota prezzijiet li ma jeżistux.
Matul din is-sena l-poplu Malti u Għawdxi ra d-differenza bejn min huwa negattiv u kollox ħażin, bejn min ma jwettaqx dak li jitkellem tant fuqu u min qed jaħdem verament biex il-poplu Malti u Għawdxi jkompli sejjer ‘il quddiem, bejn min jaf li mhux perfett iżda li għandu l-ottimiżmu biex ikompli jaħdem aktar.