Il-qorti irrifjutat applikazzjoni tal-island Buses Malta biex jinżamm il-kuntratt bejn It-Transport malta u l-operatur Spanjol Autobus de Leon. Dan ifisser li issa l-kuntratt jista' jiġi ffirmat għax ir-rebħ tal-offerta hi waħda valida mill-kumpannija Spanjola.
Il-konsorzju Malti tal_island Buses ippruvat twaqqaf dan il-kuntratt minħabba li skont huma inbidlu xi rekwiżiti fit-tender li bihom il-konsorzju malti ġie svantaġġjat.
L-avukati tal-konsorzju Malti argumentaw li l-gvern offra sussidju ta' €23 miljun lill-operatur Spanjol u li se jitħalla jibda b'servizz parzjali, kuntrarjament għal kundizzjoni fl-espressjoni ta' interess li jistipula li min jirbaħ l-offerta kien obbligat li jipprovdi servizz sħiħ malli jibda.