Forza Italia qed jgħidu li l-ISIS daħlet l-Italja mal-immigranti

Inkjesta f’Palermo dwar terroristi li setgħu daħlu fi Sqallija mal-immigranti

Ilu jingħad ħafna, iżda s’issa ma kienx hemm evidenza investigattiva tal-possibilita li fost il-160,000 li żbarkaw fl-italja dis-sena, kien hemm xi terroristi. Dan qalitu s-sit tal-internet nuovo sud.it. 

F'servizz fuq is-sit tagħha qalet li l-prokura ta’ Palermo fetħet inkjesta fuq iniltrazzjoni possibbli tal-ISIS fost l-immigranti li waslu Sqallija f’dawn l-aħħar xhur fuq id-dgħajjes.

Is-Servizzi sigrieti ta’ Palermo qegħdin għassa sew fuq din il-minaċċja li individwi solitari dedikati mal-Jihad daħlu mal-immigranti biex iwettqu xi attentati fl-Italja.

Il-Ministru tal-affarijiet barranin Paolo Gentiloni qal biex ma jinħolqux allarmi bla bżonn, iżda qal ukoll li wieħed ma jista jeskludi xejn. Skont l-inkjesta kordinata mill-imħallef Gerry Ferrara, il-presunti terroristi li setgħu niżlu l-Italja huma jew Libjani inkella Sirjani. Fost is-suspettati li kien hemm dawn diġa telqu mill-Italja filwaqt li hemm oħrajn suspettati li għadhom fl-Italja.

Il-forza tal-pulizija u dik tal-intelliġenza Taljana qalu li jemmnu li jekk xi ħadd ikun mar bl-intenzjoni li jwettaq xi attack jivjaġġa lejn l-Italja b’mod aktar żgur u bla periklu biex żgur iwettaq dak li jkun ippjanat li jwettaq.

Sadattant qed ikun hemm aktar kontrolli fuq l-identita ta’ dawk li jaslu fuq id-dgħajjes. Iżda mhux dejjem faċli li wieħed jidentifikahom. L-inkjesta li qed issir f’palermo qajmet kontroversja sħiħa politika, fejn Massimiliano Fedriga tal_Lega Nord qal li l-inkjesta qed tagħti sinjal li l-periklu jeżisti u l-Lega ilha titkellem dwaru u għalhekk ma taqbilx mal-Mare Nostrum.

Daniela Santanche ta’ Forza Italia osservat li “l-Italja ġiet invaduta mill-klandestini li jridu jtajru pajjiżna fl-arja. L-ISIS daħlet fl-Italja: Sur Gvern qum minn hemm.”

More in Politika