"Il-Pn ma tilifx għax ma trattax sew lill-immigranti" - Peppi Azzopardi
Simon Busuttil jgħid li r-responsabilita politika l-PN refagħha bir-riżultat tal-elezzjoni
More in Politika
Simon Busuttil jgħid li r-responsabilita politika l-PN refagħha bir-riżultat tal-elezzjoni
Simon Busuttil qal li l-PN ma’ kellux għalfejn jerfa r-responsabilita politika dwar il-każ għax diġa ħallas l-prezz li l-poplu tefgħu fl-oppożizzjoni. Qal li l-poplu żgur li meta vvota kellu f’moħħu dan il-qtil. Bara hekk skont Busuttil Carm Mifsud Bonnici m’għadux ministru u ma jistax jitneħħa. Il-kap tal-oppożizzjoni qal li wara l-mewt ta’ kamara dak il-gvern kien bidel il-mod kif jitmexxew dawn iċ-ċentri ta’ detenzjoni. Qal ukoll li ir-rapport kien tlesta f’Ottubru tal-2012 u staqsa għaliex il-gvern Laburista ma ħarġux qabel u stenna sentejn biex joħorġu.
Minn din it-tweġiba ħarġu xi mistoqsijiet bħal: Għaliex il-PN fil-gvern ma ħariġx ir-rapport qabel l-elezzjoni meta dna kien għandu 5 xhur qabel? U jekk dan ma ħariġx kif seta l-poplu jivvota favur jew kontra dan il-każ?
Dwar dan staqsejna opinjonisti u politiċi biex jagħtuna l-verżjoni tagħhom dwar l-mod li l-Kap tal-Oppożizzjoni refa’ r-responsabilita fuq din il-mewta tal-immigrant illegali.
Peppi Azzopardi (preżentatur u opinjonista):-
"Il-PN ma tilifx għax ma trattax sew lill-immigranti"
Carmel Cacopardo (Alternattiva u opinjonista)
“Jidher li meta jaqbillu l-Kap tal-Oppożizzjoni jqis ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali bħala penitenza għad-dnubiet kollha tal-PN fil-Gvern. Fir-realtà l-unika passat li l-Kap tal-Opposizzjoni jrid jinsa’ hu dak tal-PN."
Jeffrey Pullicino Orlando (eks deputat PN u opinjonista)
“Il-poplu ma kienx jaf bl-aġir tal-Onor. Carm Mifsud Bonnici meta mar biex jivvota fl-2013 għax ir-rapport tal-inkjesta ma kienx ġie pubbikat mill-Gvern Nazzjonalista.”
Andrew Azzopardi (preżentatur u opinjonista)
‘F’ komunitajiet barra minn pajjiżna saru rivoluzzjonijiet sħaħ għax mewt bħal din ma ġietx maghrbula mill-ġustizzja kif kienet timmerita fejn dawk li wettqu l-vjolenza ħargu scot-free"
Toni Abela (Deputat Kap PL u Opinjonista)
“ Li tivvota partit biex tneħħiħ mill-gvern mhux kastig iżda ġudizzju demokratiku.”
Tistgħu ssegwu aktar fil-ħarġa tal-ILLUM