Kmieni dalgħodu l-isptar ġdid tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo beda jilqa' l-ewwel pazjenti fil-parti tal-out patients. Il-migrazzjoni totali mill-Isptar Boffa għall-isptar Sir Anthony Mamo mistennija tkun lesta sa' Mejju li ġej.
“Il-migrazzjoni li bdiet illum hija riżultat ta' snin ta' ħidma u qed issir f'fażijiet biex ikun żgurat li l-migrazzjoni ma’ tnaqqasx il-livell ta' kura”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne waqt il-ftuħ tal-isptar il-ġdid. Qal ukoll li l-kura tal-mard tal-kanċer għandha sitt ħoloq u dan iċ-ċentru huwa biss ħolqa minnhom.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ispiża rikorrenti għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija se tkun ta' tmien miljuni fis-sena.