Ħaddiema ta’ Transport Malta illum neħħew il-bollards minn maż-żewg roundabouts fin-Naxxar, dik li tagħti għal Triq San Balal u l-oħra li tagħti għal San Ġwann.
Il-Bollards kienu twaħħlu fl-20 ta’ Diċembru u wasslu għal kaos sħiħ fit-traffiku li jgħaddi mill-inħawi b’diversi sewwieqa jinqabdu fl-akkwati għal ħin twil fi traffiku staġnat.
Diversi nies ikkummentaw fin-negattiva fuq id-deċiżjoni ta’ Transport Malta li tagħlaq l-aċċess mar-roundabouts u ħafna kienu dawk li ilmentaw kemm ma’ Transport Malta stess filwaqt li ħafna oħrajn ikkritikaw id-deċiżjoni fuq facebook.