L-Isqof Scicluna jwieġeb lil president
Wieġeb għal dak li qalet il-President ta' Malta li l-Knisja m'għadhiex iċ-ċentru kulturali tal-pajjiż
More in Politika
Wieġeb għal dak li qalet il-President ta' Malta li l-Knisja m'għadhiex iċ-ċentru kulturali tal-pajjiż
Scicluna qal lill-pubbliku dalgħodu, "Id-dawl m'hemmx bżonn ikun fiċ-ċentru tal-kamra biex juri l-kamra kollha u l-ħmira taffetwa l-għaġina kollha tkun fejn tkun fit-taħwira."
F'Jum ir-Repubblika il-President Marie Louise Coleiro qalet li fid-dawl tas-skulariżmu u d-diversita reliġjuża li qed ikollna f'Malta, ir-reliġjon kattolika m'għadiex iċ-ċentru kulturali tal-pajjiż.
Għalhekk f'dak li jista jiġi interpretat bħal risposta diretta għal kummenti tal-president, Scicluna qal lill-parruċċani li irrispettivament jekk hux ċentru jew le, il-knsija għadha għandha rwol ewlieni fis-soċjeta Maltija.
“Irridu nitolbu għal Knisja biex tkompli tkun preżenza b'saħħitha u ta servizz għas-soċjeta Maltija," waqt il-laqgħa annwali bejn l-isfqijiet u l-pubbliku.
"Il-vokazzjoni tagħna hi li nkunu preżenti u nkunu xhiedha tal-vanġelu li jġib paċi u kuntentizza. Il-vanġelu hu l-bxara t-tajba li tgħinha intejbu ħajjitna, mingħajr ma nimponu l-valuri fuq ħaddieħor, aħna x-xhiedha ħajja tiegħu u ta' servizz lil ħaddieħor" temm l-Isqof Scicluna
Sadattant xahrejn wara li L-arċisoqf Emeritus abdika l-pożizzjoni tiegħu talab lil Knisja Maltija biex tkompli titlob sa ma l-papa kieħu d-deċiżjoni dwar min se jkun l-arċisqof ta' Malta