Il-program REPORTER tal-lejla ser jagħti ħarsa lejn il-ħidma siewja ta’ numru ta’ għaqdiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu b’risq is-soċjeta kemm dik Maltija u kif ukoll barra minn Malta.
L-għaqdiet mistiedna huma d-Dar tal-Providenza, ir-Richmond Foundation, il-Mission Fund, Hospice Malta, Wishing Others Well u l-Arka Foundation Gozo.
REPORTER jixxandar illejla fl-21.55PM fuq TVM bi preżentazzjoni ta’ Saviour Balzan u produzzjoni tal-kamra tal-aħbarijiet ta' Mediatoday