Tliet t’ijiem ta’ diskussjoni u ideat għall-futur ta’ Malta
Konsultazzjoni pubblika għall-istakeholders tal-ekonomija għal Vision 2050
More in Politika
Konsultazzjoni pubblika għall-istakeholders tal-ekonomija għal Vision 2050
Envision, tlett t’ijiem ta’ konsultazzjoni ma’ 500 intraprenditur u individwi jaħdmu għal rashom bħala parti mill-proċess lejn ‘Vision 2050’. Viżjoni li l-Prim Ministru Robert Abela ddiskriva bħala “wiegħeda li rridu ngħamlu magħna nfusna.”
Din l-attivita’ hija parti minn serje ta’ konsultazzjoni pubblika għaddejin għat-tfassil tal-Malta Vision 2050. Il-konsultazzjoni qed issir b’metodi differenti bħal intervisti u surveys mal-pubbliku. Din il-viżjoni tinkludi miri intermedjarji sal-2035, kif ukoll miri sal-2050.
Waqt l-attivita’ li tneddiet din il-gimgħa, seħħew workshops b’erba’ temi prinċipali: tkabbir ekonomiku sosstenibbli, il-kwalita’ tal-ħajja, pajjiż kapaċi jfendu għal-rasu u ppjanar bi ħsieb. Fost l-ideat innovativi li ħarġu mill-workshops kien hemm ta’ hub għaż-żgħażagħ, bidja bl-użu tal-aquaponis u permakultura. Isemmew ukoll għoddod teknoloġiċi li jistgħu jintużaw sabiex jiġu salvati s-snajja.
Ħarġu wkoll ideat rigward l-ambjent, fejn issir reklamazzjoni tal-art għall-fabbriki u ż-żoni industrijali sabiex ikollna iżjed post għal spazzji ħodor. Ġie ppropost wkoll tnaqqis b’50% tal-karozzi fit-triq sal-2050, ma’ kunċetti innovativi bħala teknologija relatata mal-użu tal-ilma.
Il-Prim Ministru Robert Abela, mal-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri, huwa qal li din il-viżjoni mhux ħa tibqa bħala kitba f’dokument imma framework dinamiku, ħaj, u addattabli sabiex jiġu soddisfatti l-bżonnijiet tas-soċjeta u l-ekonomija li dejjem qed jevolvu.