Irridu niffukaw iżjed fuq it-turist Ġermaniż u Ċiniż - Robert Arrigo

Jgħid ukoll li Malta mhix tattira turisti Indjani u Brażiljani

Robert Arrigo
Robert Arrigo

Robert Arrigo, ix-shadow Minister tat-turiżmu mill-Partit Nazzjonalista u lukandier hu konċernat li Malta mhix tattira turisti mis-suq vast tal-Indja. "L-Indja hi pajjiż ġdid fis-suq tat-turiżmu u dawn ma jsibux l-ikel tagħhom fuq din il-gżira," qal Arrigo fil-programm 'Reporter' fuq TVM il-bieraħ, "Anke turisti Brażiljani se jibqgħu jagħżlu lill-Spanja u il-Portugall bħala destinazzjoni minħabba l-lingwi tagħhom. Għalhekk li kotn jien qed immexxi nemmen li għandna niffukaw fuq it-turist Ġermaniż u Ċiniż."

Zammit Lewis il-ministru għat-Turiżmu qal li malta hemm bżonn tnaqqas id-dipendenza fuq it-turist tradizzjonali mis-suq Ingliż u Taljan. Hu qal li turiżmu mis-suq Amerikan żied bi 15% u mill-Iżvizzera bi 12%, "Primarjament qed naħdmu biex nattiraw turisti mill-Amerka, Ċina u Indja. Issa li ngħatajt il-portfolio tal-industrija tal-films se nipprova nattira aktar turisti Indjani billi nġib lil Bollywood jiffilmjaw hawnhekk. Bollywood riċentament qed jużaw lil Spanja u l-Iżvizzera bħala settijiet tal-films tagħhom u bħala riżultat it-turiżmu mill-Indja żdied immens f'dawk il-pajjiżi."

Il-lukandier Zammit Tabona appella biex issir kampanja ta' miljuni biex malta tiġi promossa fost it-turisti Ċiniżi. "Nemmen li Malta kapaċi tattira 200,000 turist Ċiniż kull sena, iżda iridu jintefqu l-flus biex inpoġġu lil Malta fuq il-mappa Ċimniża li l-maġġoranza tagħhom qatt ma semgħu b'Malta. Jekk il-ministeru tat-turiżmu m'għandux biżżejjed flus għal din il-kampanja, jħabbat il-bieb tal-ministeru tal-finanzi għal aktar fondi. Ultimament dan ikun investiment u mhux infieq."

 

More in Politika