Malta t-tielet fl-Ewropa li għandha l-inqas rata ta’ qgħad

Il-qgħad f’Malta hu ta’ 5.8% waqt li l-medja Ewropea hi ta’ 11.5%

Il-qgħad f’Malta baqa' stabbli fejn skont il-Eurostat hu ta’ 5.8% li hut-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa, wara l-Awstrija, l-Ġermanja u fl-istess ilma mar-Repubblika Ċeka. Kważi kull pajjiż fl-Ewropa f’Novembru kellu nuqqas fil-qgħad ħlief l-Italja li minn 12.5% żdiedu għal 13.4% u l-Fillandja li żdiedu minn 8.3% għal 8.9%.
Meta wieħed jikkompara n-numru ta’ nies qiegħda fl-Ewropa u fiż-żona Ewro ma’ Novembru ta’ sena ilu l-qgħad waqa' b'1.487 miljun fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u 522,000 fiż-żona Ewro. Filwaqt li meta mqabbla ma’ Ottubru tal-2014, il-qgħad fl-Ewropa naqas b’19,000 fost il-membri kollha tal-Unjoni Ewropea iżda żdied b’34,000 fiż-żona Ewro.
L-ogħla rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea hi dik ta’ Spanja u l-Greċja
 

 

More in Politika