“L-Oppożizzjoni lesta li tagħmel il-bidliet kollha li hemm bżonn biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu alternattiva vijabbli għall-Gvern”. Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt l-ewwel laqgħa tax-Shadow Cabinet il-ġdid wara r-reshuffle li tħabbret ilbieraħ.
Busuttil qal li dan huwa proċess ta’ tiġdid, u li issa wasal il-mument biex l-Oppożizzjoni tkompli taħdem u tfassal pjan ta’ kif il-ħidma titla’ fuq livell ieħor.
Waqt l-indirizz tiegħu lill-membri tax-Shadow Cabinet, Simon Busuttil qal li jistenna mingħandhom l-ogħla standards fix-xogħol tagħhom u li jħallu r-riżultati.
Hu sostna wkoll li nhar it-Tnejn se jkun qed iħabbar l-ewwel tliet miri li l-Oppożizzjoni se tkun qed tiffoka u taħdem fuqhom fil-ġimgħat li ġejjin.