Iż-żmien mogħti li fih il-Kunsilli jridu jissottomettu l-proposti mhuwiex wieħed raġonevoli

Il-Kunsilli jingħataw biss 3 ġimgħat biex iressqu l-proposti

“Iż-żmien mogħti li fih il-Kunsilli jridu jissottomettu l-proposti mhuwiex wieħed raġonevoli speċjalment meta wieħed jara l-bosta kriterji li hemm sabiex jiddaħħlu proposti dettaljati kif mitlub fis-sejħa.” Dan qalu Marc Sant, President tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali meta tkellem ma’ din il-gazzetta. Sant qal li filwaqt li l-fond jaf jissarraf f’proġetti ta’ ġid, l-informazzjoni li ngħatat kienet ftit wisq u mhux imlaħħma biżżejjed. 

Dan il-fond twaqqaf nhar it-Tnejn li għadda u t-termini huma li fi żmien tlett ġimgħat, il-Kunsilli qed jintalbu joħorġu bi proposti dettaljati għall-proġetti kapitali li jkunu konformi mal-prioritajiet tal-Gvern fuq livell nazzjonali u fuq livell tal-Unjoni Ewropea.

Sant żied jgħid “Mhux hekk biss, iżda qed jistennew li dawn l-inizjattivi jikkontribwixxu ritorn finanzjarju u jiġu identifikati forom differenti ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament bħalma huma Public Private Partnerships (PPP), donazzjonijiet u sponsorships. Lanqas fuq livell ta’ gvern bl-impjegati kollha tiegħu ma jitfasslu proġetti ta’ dan it-tip fi tliet ġimgħat

 

iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika