Manifestazzjoni ta’ għaqda f’Pariġi

Attendew madwar miljun u nofs persuna

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien preżenti wkoll
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien preżenti wkoll

Madwar miljun u nofs persuna flimkien ma’ għadd kbir ta’ mexxejja minn diversi pajjiżi madwar id-dinja ħadu sehem f’manifestazzjoni ta’ għaqda f’Pariġi li saret ilbieraħ filgħaxija wara li 17-il persuna nqatlu fi tlett ijiem ta’ attakki mdemmija.

Fost il-kbarat u mexxejja li attendew kien hemm il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-mexxej Palestinjan Mahmoud Abbas, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, il-Prim Ministru tal-Italja Matteo Renzi u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.

Huma mxew id f’id b’turija ta’ solidarjetà filwaqt li osservaw minuta silenzju.

Matul il-mixja spikka s-slogan ‘Je suis Charlie’ u mijiet ta’ bnadar ta’ Franza li nġarru mid-dimostranti.
 

More in Politika