Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal dalgħodu li r-referendum huwa l-akbar forma ta’ espressjoni ta’ demokrazija diretta u jagħti l-aħħar kelma f’idejn in-nies. Għal dik li hija l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista, Busuttil qal li issa li hu magħruf li se jsir referendum, dalgħodu stess hu ta direzzjoni biex il-Partit jibda jiddiskuti din il-kwistjoni fl-istrutturi interni tiegħu. Hekk kif dan l-eżerċizzju jitlesta, il-Partit Nazzjonalista se jħabbar id-deċiżjoni li jkun wasal għaliha.
“Dan hu dak li wieħed jistenna minn partit dekomratiku,” qal Simon Busuttil filwaqt li qal li, dwar ir-referendum tal-kaċċa, “il-mazz issa huwa f’idejn il-poplu u l-Partit Nazzjonalista jirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu kif dejjem għamel.”