Ir-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo tqassmet fil-ħwienet tal-gazzetta dalgħodu. Eżatt ġimgħa wara mill-attakki li saru mill-aħwa Kouachi fuq il-bini tar-rivista stess li ħalliet tnax mejta.
Mistenni li jinbiegħu tliet miljun kopja fi Franza u f'pajjiżi oħra. Ħamsin darba iktar minn dak li kienet tbiegħ Charlie Hebdo qabel l-avveniment tal-ġimgħa l-oħra.
"Charlie għandu ħafna ħbieb ġodda" tgħid ittra li hemm fit-tieni paġna tal-ħarġa l-ġdida.
L-ittra rringrazzjat il-"miljuni" ta' persuni li appoġġjaw u li "verament huma Charlie."
Waħda mill-kartuns li hemm fuq din il-ħarġa tgħid "Keep Calm and Charlie On," tibdila żgħira fil-frażi Ingliża popolari "Keep Calm and Carry On."