Laqgħa tal-kabinett f'Għawdex swiet €7,000, elf fuq it-trasport ta' mejda

Kważi elf minnhom kienu minfuqa fit-trasport ta' mejda

Il-laqgħa tal-kabinett f'Għawdex
Il-laqgħa tal-kabinett f'Għawdex

F'laqgħa tal-kabinett li saret is-sena l-oħra f'Għawdex, intefqet is-somma ta' €6,827.95. Din l-informazzjoni ġiet preżentata fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat, wara l-mistoqsija tal-membru parlamentari Għawdxi Chris Said.

Mill-informazzjoni preżentata jidher li l-gvern nerfaq €991.20 biex jittrasporta, jarma u jżarma l-mejda użata mill-membri tal-Kabinett.

€992,85 kienu minfuqa biex jiġi ntramat it-tagħmir u l-kirja tal-monitors swiet €1,893.90.

Il-gvern ħallas ukoll €2,950 għall-użu tal-arja kkundizzjonata.

Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li ġiet imwieġba lbieraħ fil-parlament.

Il-laqgħa li saret f'Lulju li għadda kienet fir-Rabat Għawdex, bħala parti minn inizjattiva tal-Gvern biex jorganizza laqgħat tal-kabinett madwar Malta u Għawdex. Fil-laqgħa kien hemm preżenti wkoll membri mill-Kumitat Reġjonali t'Għawdex li jifforma parti mill-MCESD.

More in Politika