Konfermata l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista
Il-Pl irċieva 19-il nominazzjoni għall-eżekuttiv li minnhom jridu jiġu vvutati 12
.jpg)
More in Politika
Il-Pl irċieva 19-il nominazzjoni għall-eżekuttiv li minnhom jridu jiġu vvutati 12
Wara li lbieraħ għalaq iż-żmien fejn fih wieħed seta’ jitfa’ n-nomina għal xi kariga fl-Amministrazzjoni, il-Kummissjoni Elettorali fi ħdan il-Partit Laburista, illum ħabbret f’laqgħa tal-Eżekuttiv li l-Amministrazzjoni preżenti magħmula minn Daniel Micallef bħala President, Louis Gatt bħala Viċi President, Marc Vella Bonnici bħala Segretarju Internazzjonali u William Lewis bħala Segretarju Organizzativ, kienet konfermata hekk kif ma kienex hemm kontestazzjoni minn kandidati oħra.
B’Hekk l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista kienet ikkonfermata għal terminu ta’ sentejn oħra.
Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret ukoll li rċievet 19 –il nominazzjoni mingħand: Frans Agius, Mario Azzopardi, Martin Buttigieg, Krista Caruana, Ġuża Cassar, Jesmond Cutajar, Raymond Falzon, Monica Farrugia, Catherine Fenech, Neville Gafa, Martin Mamo, Carlo Mifsud, Michael Parnis, Manuel Rocco, Ethelbert Schembri, Keith Vella, Nikita Zammit Alamango, Alfred Zammit u Jurgen Zammit għal 12 –il post fl-Eżekuttiv Nazzjonali.
L-Elezzjoni biex ikunu magħżula it-12 –il membru ġdid ser tkun qed isir is-Sibt 31 ta’ Jannar 2015, fejn id-delegati ser ikunu mitluba jivvutaw fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jew fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat, Għawdex.