Il-ministru tal-ekonomija Chris Cardona ħabbar li Ablecare Oilfield Services Holdings hi l-kumpanija li ntagħżlet biex tieħu ħsieb dan il-proġett.
"Il-gvern raha l-potenzjal f'dan is-sit u ħareġ sejħa internazzjonali biex dan is-sit jiġi żviluppat. Dan l-investiment ifisser ukoll li se jikkreja aktar impjiegi ta' kwalita.
Il-gvern inizjalment identifika setturi strateġiċi, li jinkludi loġistiċi taż-żejt u tal-gass, tiswijiet ta' vapuri u servizzi lil yachts, li kollha jistgħu jiġbdu investiment potental-zjali. Ablecare Oilfield Services Holdings ġew magħżula fuq rakkomondazzjoni tal-kumitat ta' evalwazzjoni u aġġudikazzjoni.
"Dan hu l-ewwel 'hub' tat-tip tiegħu fil-mediterran u se jattira negozju," qal Cardona. "Se jpoġġi lil m. Il-galta fiċ-ċentru tan-negozju taż-żejt u tal-gass. Hi opportunita tad-deheb għal Malta li tidħol fin-negozju li dejjem qed jikber mill-Mediterran."
Cardona qal li l-konċessjoni ingħatat għal 45 sena iżda tista tkun suġġetta għal tnaqqis. L-art tibqa dejjem bħala proprjeta tal-gvern. Fuq rakkomandazzjoni tal-kumitat, l-kumpanija magħżula ma ngħatatx l-art kollha. Il-gvern qed japsira li l-kumplament tal-art tista tintuża għal aktar proġetti.