“Jien se nivvota favur id-deroga li aħna stess bħala Partit Nazzjonalista fil-gvern innegozjajna u ksibna mingħand l-Unjoni Ewropea.” Dan qalu l-Kap Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta lbieraħ ħabbar pubblikament il-pożizzjoni tiegħu dwar ir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa li se jsir fil-11 t’April.
“Għalkemm jien se nivvota favur biex inżomm il-konsistenza tiegħi, ninforma li se nħalli lid-deputati tagħna fil-libertà li jivvutaw kif huma jixtiequ fuq dan is-suġġett.”
Busuttil żied jgħid “M'iniex kaċċatur u nħobb ħafna l-annimali u l-ambjent però jien kont involut personalment biex Malta tikseb din id-deroga u għalhekk se nivvota favur dak li jien stess ħdimt għaliħ f’isem pajjiżna.”