Il-kaċċaturi jirrikorru għal tattiċi qarrieqa

Stampa meħuda mill-internet immanipulata biex tidher li qed tappoġġja l-kaċċa

L-istampa li qed jużaw il-kaċċaturi fuq il-paġna Kaċċaturi Maltin
L-istampa li qed jużaw il-kaċċaturi fuq il-paġna Kaċċaturi Maltin

F'ritratt li qed idur fuq l-internet fuq il-paġna Kaċċaturi Maltin, li għandha madwar 2,200 like ġiet imqiegħda stampa li tgħid 'Yes for Spring Hunting' (Iva għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa). Din l-istampa qed turi grupp ta' żgħażagħ li donnhom qed jappoġġjaw il-kaċċa fir-rebbiegħa f'Malta.

Jidher, li l-istampa użata hi biss immanipulata minn stampa oħra li kienet parti minn kampanja biex tfakkar Jum it-Tradutturi - Translator's Day.

L-istampa oriġinali tidher hawn taħt.

L-istampa oriġinali
L-istampa oriġinali

More in Politika