Il-gvern qed juża l-iskandlu taż-żejt biex jgħatti l-prezz esaġerat tal-fjuwil - Busuttil
Se jibqa jissielet sa ma Joseph Muscat ikollu jraħħas il-prezz esaġerat tal-fjuwil
More in Politika
Se jibqa jissielet sa ma Joseph Muscat ikollu jraħħas il-prezz esaġerat tal-fjuwil
Simon Busuttil kien il-mistieden ewlieni fuq il-programm reporter fuq PBS fejn ġie intervistat minn Saviour Balzan. Dwar ir-reshuffle fil-kabinett 'shadow' li għamel Busuttil qal li hu ma ridt jarmi lil ħadd, "Ħloqt għaxar timijiet bin-nies madwarhom għax ridt uċuħ ġodda biex nuri tiġdid fil-Partit. U dan hu l-vera partit ġdid u mhux il-partit Laburista li żamm fil-kabinett ministri taż-żmien Mintoff. Irrid nuri bis-serjetà li l-Partit Nazzjonalista bena għażla tajba u kredibbli."
Dwar Metsola u Comodini Cachia l-kap tal-Oppożizzjoni qal li hu tahom suġġetti li jaħdmu fuqhom fi Brussell. Qal li għażel 5 nisa fil-kabinett tiegħu mhux għax huma nisa iżda għax huma tajbin. Qal ukoll li hu se jitlobhom jikkunsidraw biex jikkontestaw elezzjoni ġenerali.
Mistoqsi dwar is-surveys li saru fejn Muscat għadu fuq quddiem bi 15-il punt, Busuttil qal li hu beda minn taħt meta Muscat beda b'60 fil-mija u issa għandu 44 fil-mija, "Jiġifieri naqqas u jien żidt erba' punti mill-aħħar survey. Barra hekk il-fatt li nofs l-iswitchers mhux se jivvutaw lil Joseph Muscat darb'oħra tfisser ħafna." Busuttil qal li anke jekk hu jagħti każ l-istħarriġ xorta jaf li għandu triq twila u se jimxiha kollha bla biża' u b'kuraġġ. "Jien se niġri t-tiġrija tiegħi u se niġriha sal-barkun."
Mistoqsi jekk l-ekonomija li sejra tajjeb hux kontrieh, Busuttil qal li kieku n-nies jivvutaw fuq l-ekonomija kieku għad hemm il-partit Nazzjonalista fil-gvern. "Bir-riżultati li kien hemm fl-aħħar elezzjoni kien hemm raġuni li n-nies jaqtgħu qalbhom. Dan hu l-mument li n-nies issa jagħmlu pass 'il quddiem."
Il-PN għamel website fejn jurik kemm qed jisirqek il-gvern. Il-website hi www.dieselupetrol.com u qal li l-gvern imblukkaha fid-dipartimenti tal-gvern.
Saviour Balzan staqsa lil Simon Busuttil dwar il-proklama ta' George Farrugia, Busuttil qal li n-nies jinteressahom l-aktar li qed jinsterqu bil-prezz tal-fjuwil. Akkuża lil gvern li qed juża l-iskandlu taż-żejt biex inessi l-prezz tal-fjuwil. Qal li l-gvern imissu jressaq lin-nies il-qorti u mhux joqgħod juża dawn il-paraventi.