Negozji kapaċi jaddattaw ruħhom għall-isfidi – Chris Cardona

Il-faċilità ta’ one-stop-shop qed tkompli tiġi msaħħa

Il-faċilità ta’ one-stop-shop qed tkompli tiġi msaħħa
Il-faċilità ta’ one-stop-shop qed tkompli tiġi msaħħa

“Il-mira prinċipali ta’ dan il-proġett kienet li tingħadda l-għodda neċessarja lis-sidien tal-ħwienet, ta’ intrapriżi żgħar u medji kif ukoll lis-self employed biex, fi żminijiet li qegħdin jinbidlu, f’suq li d-domanda tiegħu dejjem tvarja u l-aspettativi dejjem jogħlew, in-negozji jkunu kapaċi jaddattaw ruħhom għal isfidi li jkollhom quddiemhom.” Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona meta llum iltaqa’ mal-parteċipanti tal-korsijiet EBIZ waqt workshops organizzati fi Smart City bħala parti mill-programm ta’ dan il-proġett.

“Minn dak li qed nara u mill-informazzjoni li għandi, jidher li din l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett kienet waħda ta’ suċċess u ċert li dan mhux se jkun l-aħħar proġett ta’ dan it-tip” qal il-Ministru Cardona.

Il-workshops li huma parti essenzjali minn dan il-kors, ġew imħejjija b’koperazzjoni ma’ diversi kumpaniji, entitajiet u dipartimenti tal-Gvern bil-għan li tiġi disseminata informazzjoni dwar servizzi elettroniċi tal-Gvern kif ukoll prodotti u servizzi mogħtija mis-settur privat.

“Il-Business First qegħda hemm biex tgħinkom ittejbu l-potenzjal għas-suċċess tagħkom. Din it-taqsima fil-Malta Enterprise qed tkompli żżid is-servizzi li toffri u l-faċilità ta’ one-stop-shop qed tkompli tiġi msaħħa, issa wkoll bil-preżenza ta’ uffiċjali mill-VAT Department fil-Business First”, qal il-Ministru Cardona.

Huwa spjega li, bħala parti mill-eżerċizzju ta’ revalwazjoni tas-servizzi mogħtija mill-Business First, se jitwettaq outreach programme magħmul minn numru ta’ inizjattivi, fosthom sezzjonijiet ta’ informazzjoni għall-intrapriżi u żjarat fil-kumpaniji biex jitwasslu sal-bieb tagħhom is-servizzi li toffri l-Business First u l-Malta Enterprise.

 

More in Politika