Malta bit-tieni l-akbar tnaqqis fid-dejn nazzjonali madwar l-Unjoni Ewropea

Id-dejn nazzjonali ta’ pajjiżna naqas bi 2.7%

Id-dejn nazzjonali ta’ pajjiżna naqas bi 2.7%
Id-dejn nazzjonali ta’ pajjiżna naqas bi 2.7%

Bejn it-tieni u t-tielet kwart tal-2014, Malta kellha t-tieni l-akbar tnaqqis fid-dejn nazzjonali minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Stqarrija tal-Eurostat illum tikkonferma li, fi tmiem Settembru 2014, id-dejn nazzjonali ta’ pajjiżna naqas bi 2.7% tal-prodott gross domestiku.
 
Dan it-tnaqqis ifisser ukoll li, imqabbel ma’ sena preċedenti, id-dejn nazzjonali ta’ pajjiżna naqas b’madwar 0.5% tal-prodott gross domestiku. Barra Malta, kien biss f’disa’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li d-dejn nazzjonali wera tnaqqis fuq is-sena ta’ qabel. Għaldaqstant, filwaqt li fil-medja tal-Unjoni Ewropea d-dejn nazzjonali żdied b’1.3% tal-ġid nazzjonali, f’pajjiżna kellna tnaqqis.
 
Dan l-iżvilupp żied id-distakk fid-dejn nazzjonali bejn Malta u l-bqija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Malta fil-fatt għandha livell ta’ dejn nazzjonali li niżel taħt tal-Ġermanja u wasal qrib tal-Olanda, li huma l-aktar pajjiżi rispettati fejn jidħol immaniġjar ta’ finanzi pubbliċi.

More in Politika