“Ir-rebbiegħa hu żmien meta l-għasafar ibejtu u personalment nemmen li m’għandhomx jinqatlu bil-kaċċa”. Hekk esprima l-opinjoni tiegħu l-Isqof Charles Scicluna meta kien qed jieħu sehem fil-programm DISSETT immexxi minn Reno Bugeja fuq TVM.
Mitlub jikkummenta jekk il-Knisja hux se tieħu pożizzjoni ċara rigward il-kaċċa, Scicluna sostna li għalkemm ma’ ddiskutiex is-suġġett ma’ l-Isqof Mario Grech, ma jaħsibx li hemm bżonn li l-Knisja għandu jkollha pożizzjoni dwar ir-referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Filwaqt li esprima l-opinjoni tiegħu, Scicluna qal li kulħadd għandi jitħalla fil-liberta li jesprimi l-opinjoni personali tiegħu.