Imut ir-Re Abdullah tal-Għarabja Sawdija

Ir-Reġina Eliżabetta issa hija l-ixjeħ reġina fid-dinja

Ir-Re Abdullah kellu 90 sena
Ir-Re Abdullah kellu 90 sena

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tar-Re Sawdi, Abdullah bin Abdulaziz.

Ir-Re kien ilu rikoverat fl-isptar għal dawn l-aħħar ġimgħat wara li żviluppatlu infezzjoni fil-pulmun. L-istazzjon Nazzjonali televiżiv Saudi ħabbar il-mewt tar-Re fis-1am ta’ dalgħodu filwaqt li ħabbar ukoll li r-Re Salam, ta' 79 sena, inħatar bħala r-Re l-ġdid tal-pajjiż.

Skont l-istatiċi issa jidher li r-Reġina Eliżabetta issa hija l-ixjeħ reġina fid-dinja. Qabel, fuq nett tal-klassifika kien hemm ir-Re Sawdi.
 

More in Politika