“Il-pożizzjoni tal-Isqof Scicluna li ddikjara li m’għandux ikun hemm kaċċa fir-rebbiegħa, minħabba li dan huwa l-perjodu fejn l-għasafar ikunu qed ibejtu, tirrifletti propju l-istess għan u ħsibijiet tal-kampanja SHout kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa”. Dan qalitu Romina Tolu – Koordinatriċi tal-kampanja SHout – Spring Hunting Out.
Tolu żiedet tgħid li hu ta’ inkoraġġiment li aktar nies, speċjalment dawk li huma meqjusa bħala personalitajiet, qed jifhmu l-messaġġ tal-kampanja SHout u li qed jiddikjaraw pubblikament il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-referndum aborgattiv li se jsir fil-11 t’April.