Il-prezz tal-petrol raħas 6 darbiet taħt dan il-gvern - Il-Prim Ministru
Dak li kien żvelat illum permezz ta’ e-mails fuq Malta Today jidher li kien hemm tnawwir istituzzjonali
More in Politika
Dak li kien żvelat illum permezz ta’ e-mails fuq Malta Today jidher li kien hemm tnawwir istituzzjonali
Il-Mexxej tal-Partit Laburista tkellem ukoll dwar il-prezz tal-fuel fejn semma kif il-prezz tal-Petrol taħt dan il-Gvern raħas 6 darbiet , anke qabel ma beda niezel il-prezz internazzjonali taż-żejt filwaqt li l-prezz tad-diesel inżamm b’mod stabbli għal sitt xhur wara xulxin, mizura li għenet lin-negozji. Joseph Muscat fakkar kif fiż-żmien Gvern Nazzjonalista minkejja li l-prezz taż-żejt u l-fuel kien raħas b’51%, Gvern Nazzjonalista kien għolla l-kontijiet b’20%, min-naħa l-oħra Gvern Laburista raħħas il-kontijiet meta l-prezzijiet tal-fuel kienu għolja.
Il-Kap tal-Oppożizzoni ma jafx xi tfisser hedging, li essenżjalment tfisser insurance bħala ma persuna tagħmel insurance fuq il-karozza, sostna Joseph Muscat filwaqt li stqarr kif avviniment fid-dinja jista’ jinfluwenza l-prezzijiet bħal ma kien il-każ tal-mewt tar-Re tas-Sawdi Arabja.
Dak li kien żvelat illum permezz ta’ e-mails jidher li kien hemm tnawwir istituzzjonali
Il-Prim Ministru għamel referenza għal dak li kien żvelat illum fuq il-gazzetta Malta Today permezz ta’ e-mails, fejn ħareġ fil-beraħ kif kien hemm uffiċjali għoli li kien jibgħat il-liġi lill-kuntrattur qabel ma kien jibgħatha lil Ministru konċernat. Joseph Muscat saħaq li dan kollu juri kif kien hemm tnawwir istituzzjonali li kien ġej minn kunfidenza u nuqqas ta’ leadership by example, filwaqt li semma kif illum dan il-Gvern appunta fuq il-bord li jixtri ż-żejt lil Perit Michael Falzon li huwa membru fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Il-Mexxej Laburista appella sabiex inħallu lill-pulizija sabiex ikomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom b’mod liberu.