L-indikazzjonijiet jagħtu rebħa għal Syriza fil-Greċja

L-exit polls qed juru rebħa storika lil partit ta' kontra l-awsterità

F'elezzjoni missielta jidher li skont exit polls Syriza rebħu 35.5% tal-voti, filwaqt li poll oħra qed tagħti rebħa ta' 39.5% skont kif qed jirrapporta l-BBC. Iż-żewġ polls jindikaw li se jmexxu l-Greċja l-partit ta' kontra l-awsterità, il-partit xellugi u ewroxettiku Syriza meta l-partit Neo Demokratiku jidher li ġabar bejn 23 u 27% tal-voti.

Għalkemm għadu mhux ċar jekk Syriza għandhomx biżżejjed voti biex jiggvernaw weħidhom. Il-Kap Alexis Tsipras wiegħed li se jirrinegozja l-arranġament tad-djun tal-Greċja ma' kredituri Internazzjonali. Il-partit lemini Golden Dawn u dak ċentrali The River jinsabu flimkien fit-tielet post skont il-polls. Il-proporzjon tal-voti mirbuħa mill-partiti ż-żgħar se jkollu impatt qawwi jekk Syriza jirnexxielhomx jiġbru l-151 siġġu parlamentari li għandhom bżonn biex ikollhom maġġoranza assoluta.

 

 

More in Politika