Wara li kmieni dalgħodu l-pompa magħrufa bħala Ta’ Ċens fir-Rabat bdiet tbiegħ id-diesel bil-prezz ta’ €1.33 il-litru minflok €1.35, il-prorjetarju ta’ M&N Camilleri qal li l-kumpanija Falzon Group infurmatu biex jirrevedi l-prezz lura għan-normal wara li numru ta’ sidien tal-pompi gergru għal dan it-tibdil fil-prezz.
Jidher li fid-dawl tat-tgergir minn sidien ta’ pompi oħra, il-kumpanija nfurmat lil Ta’ Ċens li jekk ma jirrivedix il-prezz kienet ser tissospendilu l-marġni tal-profitt fuq il-bejħ tiegħu.
Aktar kmieni . . .
Il-pompa magħrufa bħala Ta’ Ċens fir-Rabat bdiet dalgħodu tbiegħ id-diesel bil-prezz ta’ €1.33 il-litru minflok €1.35, Dan ifisser tnaqqis ta’ ċenteżmi li sid il-pompa M&N Camilleri qed joffri mill-perċentwal ta’ qlieħ tiegħu.
Ta’ Ċens qed joffri dan ir-roħs pero mill-pompa fornuta mill-kumpanija San Luċjan ta’ Falzon Group u mhux dik tal-Enemed li sa ftit ilu kienet magħrufa bħala Enemalta.
Dan il-pass mill-pompa Ta’ Ċens fir-Rabat jista’ jkun il-pass li permezz tiegħu se nerġgħu naraw prezzijiet varji f’diversi pompi madwar Malta u Għawdex hekk kif il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel qed ikunu prijorita għas-sewwieqa speċjalment meta l-prezz taż-żejt madwar id-dinja niżel l-isfel u ħafna qed jistennew li l-prezzijiet jorħsu mmedjatament anke f’pajjiżna.