Busuttil iżur l-uffiċini tal-Maltco

"Għalkemm xi logħob għandu ċertu konnotazzjonijiet negattivi donnu sar parti min-norma"

Simon Busuttil kien akkumpanjat minn Kristy Debono
Simon Busuttil kien akkumpanjat minn Kristy Debono

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil żar l-uffiċini tal-Maltco Lotteries fl-Iklin. Akkumpanjat mill-kelliema Nazzjonalista għal dan il-qasam Kristy Debono, Busuttil qal li l-Gvern għandu jkompli jiddefendi s-settur tal-logħob f'pajjiżna hekk kif stati membri oħra qed jaħdmu għal regoli iktar stretti. Busuttil saħaq li dan huwa settur sensittiv ħafna.

"Għalkemm logħob bħal m'huma l-imħatri kellhom ċertu konnotazzjonijiet negattivi, ir-regolamenti u struttura legalizzata ġabet dan is-settur bħala parti min-norma," qal Busuttil.

Qal li l-impatt soċjali tal-imħatri jista' jkun ikkontrollat jekk dawk li jilagħbu jiġu regolati f'ambjenti siguri, saħaq ukoll li dan is-settur fetaħ orizzonti ġodda għall-ekonomija f'Malta.

More in Politika