Grupp ta' tnax-il espert legali Maltin, żguraw lill-pubbliku Malti li r-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa mhux se jkun qed iwitti l-mogħdija għal iktar restrizzjonijiet fuq delizzji oħra.
Dan intqal fi stqarrija li nħarġet illum biex "tiċċara l-imħuħ tal-pubbliku u tiġġieled kontra l-informazzjoni mhux korrerrta li qed ixxerred l-FKNK fuq l-internet u f'forums oħra, qal l-Avukat Mark Bencini.
L-istqarrija tgħid li, "B'kuntrarju ma' dak li ntqal minn dawk favur il-kaċċa, l-uniku delizzju li se jiġi affetwat huwa tal-kaċċa, u m'hemm l-ebda konsegwenzi oħrajn."
L-eks Imħallef fil-Qorti Ewropew tad-Drittijiet tal-Bniedem Giovanni Bonello u l-avukati Kevin Aquilina, Andrew Borg Cardona, Reuben Balzan, Mark Bencini, Max Ganado, Edward Debono, Graziella Bezzina, Phlip Manduca, Stephen Muscat, David Meli u Richard Camilleri ffirmaw id-dokument.