Taħriġ mill-Hamas ta’ 17,000 Junior Jihadis
Aktar minn 17,000 żgħażagħ bejn 15 u 21 sena jinstabu mqassma madwar tużżana kampjijiet għat-taħriġ militari fil-gaza Strip.
More in Politika
Aktar minn 17,000 żgħażagħ bejn 15 u 21 sena jinstabu mqassma madwar tużżana kampjijiet għat-taħriġ militari fil-gaza Strip.
Il-Hamas qed jħarrġu żgħażagħ ħalli jkabbru l-ġlieda tagħhom kontra l-Lhud. Qed iħejjuhom biex ikunu preparati għal gwerra li jmiss.
Dawn il-kampijiet immexxija minn Kmandanti tal-Qassam huma aktar serji minn qatt qabel u bażati fuq l-arti marzjali. Huma jgħajtu bla ħniena f’wiċċ is-suldati żgħażagħ li jwieġbu bl-għajta “Allahu akbar”.
Il-Kmandanti tal-Hamas li huma ttimbrati bħala terroristi mill-istati Uniti u mill-Lhud qed jgħidu li dawn il-kampijiet huma disinjati biex iqawwu r-reżistenza u fl-istess ħin jagħtu żvog liż-żgħażagħ bla xogħol u frustrati li hemm fil-Gaza Strip u m’humiex biex iħarrġuhom biex jingħaqdu mal-militar.
Fl-aħħar gwerra ta’ 50 ġurnata bejn il_Lhud u l-hamas mietu madwar 1,000 ġellied tal-Hamas li huma fost l-aktar imħarrġa fil-medju orjent. Hu stmat li l-armata ta’ al-Qassam hi l-akbar u l-aktar li hi armata fejn fiha hemm madwar 25,000 ġellied.
It-telf tal-ġellieda fl-aħħar gwerra ma qatax qalb il-ġellieda palestinjani fejn qalu li huma lesti li jiġġieldu gġal darb’oħra kontra l-Istat Lhudi.
Ahmad Ismail, 16, libes il-Qassam T-shirt sewda qal li wara li jiggradwa minn dawn il-kampijiet qed jittama li jingħaqad mal-brigati ta’ Qassam ħalli jiġġieled kontra l-Lhud, “ħalli nkeċċuhom mill-art tagħna”.
Uffiċċjal Iżraelit qal li l-hamas m’għandhomx nuqqas ta’ ġellieda u qed jiġbru kemm jistgħu rockets li jwasslu fit-tul u qed jgħaġġlu li jagħmlu dan għax l-Eġittu għalqulhom il-mini minfejn kienu jdaħħluhom. “Hamas qed jagħmlu ħafna rockets, mijiet kull ġimgħa, eluf fix-xahar u fi żmien ftit xhur dawn se jkunu armati sa snienhom.”
Ibrahim Shinbari, 15, qal li hu ngħaqad mal-kamp għax irid jitgħallem kif jikkonfronta l-Lhud meta jinvaduhom. “Irrid inpattilhom tal-ħbieb kollha li qatluli.”