Il-prezzijiet tal-fuel se jorħsu b’4 ċenteżmi minn nhar it-Tnejn u se jkomplu jorħsu fix-xhur li ġejjin. Mit-Tnejn il-petrol se jorħos minn €1.42 għal €1.38 filwaqt li l-prezz tad-diesel se jorħos minn €1.35 għal €1.31 il-litru.
Mistoqsi mill-gazzetta MaltaToday dwar dan ir-roħs, il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-Enemed għalqet numru ta’ kuntratti li qed jagħmluha possibli li jitraħħsu l-prezzijiet. “Dan ir-roħs qed jitħabbar meta fi żmien qasir se jkunu qed jagħlqu kuntratti oħra ta’ hedging li wkoll għandhom iwasslu għal iżjed roħs.”