L-Elettorat hu kważi maqsum bejn dawk favur id-deroga (IVA) u dawk li ma jridux kaċċa fir-Rebbiegħa (LE). Dan joħroġ minn survey li sar fil-gazzetta MALTA TODAY li kien fuq 'sample' ta' 600 persuna.
L-istħarriġ juri li l-IVA telgħet minn 28% għal 40% filwaqt li l-LE niżlu minn 60% għal 38%. Iżda wieħed irid iqis li f'surveys bħal dawn xjentifikament jista' jkun hemm marġni ta' żball ta' 4% naħa jew oħra. Għalhekk juri kważi bilanċ assolut.
Sadattant dawk li ma jafux x'se jivvutaw u qed juru apatija dwar il-kaċċa taw vantaġġ qawwi lill-IVA u lil kaċċa tant li hemm 12.5% li għadhom ma jafux u 7.7% li mhux se jivvutaw u dawn jammontaw għal 20% li jistgħu jagħmlu d-differenza