L-ISIS żvelaw li rnexxielhom jdaħħlu 4,000 suldat estremist fl-UE
Qed idaħħluhom imħalltin mar-rifuġjati u l-ħolma tagħhom li d-dinja kollha tkun taħt l-istat Iżlamiku
More in Politika
Qed idaħħluhom imħalltin mar-rifuġjati u l-ħolma tagħhom li d-dinja kollha tkun taħt l-istat Iżlamiku
Militant li jaħdem għall-Istat Iżlamiku żvela li l-ISIS huma kuntenti li rnexxielhom idaħħlu fl-Ewropa eluf ta’ terroristi Jihadisti. Il-militant Sirjan qal li fil-pajjiżi Ewropej tal-Unjoni Ewropea daħlu madwar 4,000 ġellieda estremisti meta daħlu mħalltin mar-rifuġjati.
Il-kelliem li hu wieħed minn dawn li organizza t-traffikanti għandu madwar 30 sena ġie rappurtat fuq is-Sunday Express fejn qal li dan kien suċċess kbir ta’ kif irnexxielhom idaħħlu daqshekk Jihadisti fl-Ewropa lesti għall-ordni tat-tmexxija.
“Hi ħolma tagħna li l-Kalif Iżlamiku mhux biss imexxi s-Sirja iżda d-dinja kollha tkun Stat Iżlamiku u ma ndumux ma nilħqu din il-ħolma tagħna."
Hu kompla jgħid li l-estremisti tal-IS qed jieħdu vantaġġ mill-ġenerożità tal-Punent mar-rifuġjati. Hu qal li aktar minn miljun u nofs rifuġjat Sirjan ħarab lejn il-fruntiera tat-Turkija biex jaħarbu mill-gwerra u fosthom ikun hemm ġellieda u qattiela Iżlamiċi. U mit-Turkija dawn jibqgħu neżlin fl-Italja u l-Mediterran.
Hemm minnhom li anke qed jitolbu lstat ta’ rifuġjati fl-Isvezja u l-Ġermanja. Qal ukoll li hu jemmen li l-attakki tal-futur mhux se jkunu mmirati lejn nies ċivili, iżda lejn il-gvernijiet tal-Punent.