Kampanja oħra ta’ tiswija tal-annimali tat-triq
F’sena u nofs issewwew 1,700 kelb u qattus tat-triq
More in Politika
F’sena u nofs issewwew 1,700 kelb u qattus tat-triq
Dalgħodu ngħata bidu ta’ kampanja oħra ta’ tiswija tal-annimali tat-triq. Din se tkun ir-raba’ kampanja f’din il-leġislatura u tilgħab irwol importanti fl-istrateġija tal-Gvern biex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni tal-annimali tat-triq.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal li hu fiduċjuż li din ir-raba’ kampanja tkun ta’ suċċess bħat-tlieta l-oħra ta’ qabilha. Fit-tliet kampanji li saru fl-aħħar sena u nofs, issewwew total ta’ 1,700 kelb u qattus tat-triq, b’medja ta’ 560 annimal kull kampanja.
Galdes fakkar kif dawn l-annimali ssewwew b’xejn u bla ebda spiża lill-Gvern, b’kuntrast mal-amministrazzjoni Nazzjonalista li kienet nefqet €175,000 fuq kampanja waħda.
Din il-kampanja se tibqa’ sejra sal-14 ta’ Frar, u qed issir bil-kollaborazzjoni mal-NGO Ġermaniża ETN fil-VetPlus Clinic ta’ Ħal Qormi. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 27400300.