Erba’ ċenteżmi mhux biżżejjed

Xorta għandna r-raba’ l-għola prezzijiet fl-Ewropa

Xorta għandna r-raba' l-ogħla prezzijiet fl-Ewropa
Xorta għandna r-raba' l-ogħla prezzijiet fl-Ewropa

“It-traħħis ta’ erba’ ċenteżmi li ħabbar il-Gvern nhar is-Sibt żgur li m’huwiex biżżejjed u ma jirriflettix it-tnaqqis drastiku fil-prezz internazzjonali taż-żejt tal-aħħar xhur. Il-Gvern għandu minnufih iraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel b’mod sostanzjali. It-traħħis ta’ erba’ ċenteżmi li ħabbar il-Gvern sar biss minħabba l-pressjoni li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fl-aħħar ġimgħat u xhur.” Dan qalitu f’konferenza tal-aħbarijiet, ix-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli li nsistiet li l-Gvern mhux qed ikun ġust mal-familji u n-negozji Maltin billi jraħħsilhom il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel biss b’erba’ ċenteżmi.

“Tant kemm il-prezzijiet f’Malta huma għoljin li minkejja dan it-traħħis miżeru, Malta xorta għandha l-ogħla r-raba’ prezzijiet tal-petrol u d-diesel fl-Ewropa.” sostniet Portelli li spjegat li l-Oppożizzjoni se tkompli tinsisti mal-Gvern biex iraħħas il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel b’mod sostanzjali u immedjat. “Jekk il-Gvern ma jpoġġix il-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni fuq l-aġenda, l-Oppożizzjoni se tinsisti li d-dibattitu jsir nhar il-Ħamis.”

Marthese Portelli temmet id-diskors tagħħa billi rreferiet għad-diskors ta’ Konrad Mizzi waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u qalet li dan ġab l-iskuża għall-prezzijiet għoljin tal-petrol u d-diesel minħabba r-rata tal-kambju ta’ bejn l-ewro u d-dollaru. “Konrad Mizzi jaf li Malta mhux l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li juża l-ewro. Bir-raġunar tiegħu, kieku t-18-il pajjiż l-ieħor li għandu l-ewro ukoll iżommu prezzijiet għoljin tal-petrol u d-diesel.”
 

More in Politika