Kelliem għal gvern qal li l-bankarelli tal-monti tal-Belt se jitpoġġew fejn oriġinarjament kienu ppjanati minn dan il-Gvern, jiġfiieri bejn il-Parlament u it-Teatru ta' Piano, Triq l-Ordinanza.
Dan anke meta ħafna ħasbu li il-post se jinbidel meta l-gvern stess iddeċieda li jneħħi l-bankarelli li ġew ridikolati kważi minn malta kollha, dawk bis-salib ta' San Ġwann. Tant li l-gvern stess reġa ħareġ espressjoni ta' interess biex jerġgħu jiġu disinjati.
Il-gvern jemmen li il-fatt li l-monti se jmur Triq l-Ordinanza mhix biss rilokazzjoni tal-monti iżda hi rijorganizazzjoni tal-Monti fejn se jkun wieħed organizzat u l-bejiegħa għandhom responsabilita li jżommu l-post nadif.
Sadattant il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li meta jkun fil-poter hu, il-monti jneħħih minn hemm. Aktar qabel din il-ġimgħa anke l-arkitetti ta' Piano li għax-xogħol tiegħu tħallas €7.7 miljun qal li jaqbdu l-biki li dak il-ftuħ li kien ippjanat se jiġi użat għal monti.