Imut Michael Refalo

Kellu 78 sena

Dr Refalo kellu 78 sena
Dr Refalo kellu 78 sena

Tħabbret il-mewt ta’ Michael Refalo, eks Membru Parlamentari u Ministru Nazzjonalista. Miet fil-Home Prince of Wales for the retired tas-Sliema fejn kien imwieled. Kien mżżewweġ lil Blanche Smith u missier ta' tifel u tliet ulied bniet.

Tela l-ewwel darba fil-kabinett mal-Partit Nazzjonalista fl-1971 u kien fil-kabinett għal 10  leġislaturi sal-1998, 33 sena fil-parlament.

Iggradwa bħala avukat fl-1961. Bejn l-1987 u l-2003 Refalo serva bħala segretarju Parlamentari għat-Turiżmu,u ministru taż-żgħażagħ u arti, Ġustizzja u Turiżmu. Fl-1972 kien l-ewwel editur tal-Mument fejn kiteb eluf ta' editorjali u artikli.

L-aħħar kariga uffiċjali pubblika li kellu kienet bejn l-2005 u l-2008 fejn serva bħala Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit.

 

 


 


 

More in Politika